Dalgħodu dehru l-ewwel ħaddiema fil-baċir numru wieħed ta’ Bormla fejn se jkun hemm wieħed miż-żewġ kampus tal-Universita Amerikana f’Malta. Dak li dehru jagħmlu l-ħaddiema huwa xogħol ta’ preparazzjoni, partikolarment armar li se jintuża għall-ħidma.
Iżda, huwa indikazzjoni ċara li dan il-proġett se jitlaq b’ritmu tajjeb. L-ewwel xogħol li se jsir huwa dak ta’ restawr biex dan il-wirt storiku f’Bormla, li ilu mitluq snin twal, jingħata dehra ġdida. L-applikazzjoni biex isir dan ix-xogħol ta’ restawr kienet diġà saret u għalhekk l-investituri tal-AUM se jibdew jagħtu l-ħajja lill-faċċata li issa se tikkumplimenta l-proġett li sar fuq in-naħa l-oħra ta’ Baċir Nru 1.