Nhar il-Ħadd li ġej, fl-għaxra u nofs ta’ filgħodu, il-Partit Laburista se jkun qed ittella’ attività politika oħra bis-sehem tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela fl-Iskola Primarja tal-Qawra.
Ftit jiem qabel din l-attività, ONE News tkellem maċ-Chairperson ta’ iDEAT, Elaine Degiorgio. Hi appellat lill-pubbliku, biex nhar il-Ħadd li ġej, jingħaqad mal-Partit Laburista biex jisma’ l-messaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela.
Degiorgio sostniet li, fl-aħħar ġimgħat, bosta attendew għall-attivitajiet politiċi tal-Partit Laburista, li, ġimgħa wara oħra, qed ikomplu jiżdiedu.
“Nhar il-Ħadd li ġej se jkun qiegħed iżur il-lokalità tal-Qawra, għax fil-fatt l-attività li se jkun qegħda ssir fl-Iskola l-ġdida tal-Qawra u hi xi ħaġa interessanti li qegħdin naraw il-Partit Laburista li jinżel fl-irħula differenti fil-lokalitajiet differenti, fil-qalba tal-lokalità, għax naturalment l-iskola hi parti mill-qalba ta’ dik il-lokalità, għax hemmhekk ikompli jinżel man-nies, jisma’ lill-poplu wkoll, it-tħassib li forsi jkollu u dik hi xi ħaġa sabiħa li qegħdin naraw ukoll fil-Partit Laburista.”