Hekk kif din il-ġimgħa ngħata bidu għall-istaġun tar-rebbiegħa, il-Ħadd li ġej se nkunu qed norqdu siegħa inqas hekk kif se ndawru l-arloġġ siegħa ‘l quddiem.
Dan peress li se jkun qed jibda l-ħin tas-sajf. Din is-sena se jibda fis-2:00 ta’ filgħodu tal-aħħar Ħadd ta’ Marzu, jiġifieri fil-25 ta’ Marzu 2018.
Dan se jkun qed jintemm fit-3.00 ta’ filgħodu, tal-aħħar Ħadd ta’ Ottubru, jiġifieri fit-28 ta’ Ottubru 2018.