Il-Ħadd jibdew ġimgħa attivitajiet relatati mal-Cospicua Short Play Festival 2019. Din il-ġimgħa t’attivitajiet se tibda l-Ħadd fit-19:45 bi ftuħ ta’ wirja dwar Charles Clews ġewwa l-Università Amerika ta’ Malta (AUM). Il-wirja se tkun iddedikata lil Charles Clews, mitt sena wara twelidu, bil-wirja se tkun miftuħa l-ġimgħa sħiħa.
Din il-ġimgħa impenjattiva għal Bormla se tkun qed tilħaq il-qofol tagħha l-Ġimgħa 30 t’Awwissu u s-Sibt 31 t’Awwissu. F’dawn il-jumejn bejn it-20:00 u l-23:00 se jkunu qed jitgħellu sitt produzzjonijiet differenti imxerdin madwar il-belt Bormliża.
Kemm il-wirja u kemm ir-rapprezentazzjonijiet huma bla ħlas.