Nhar il-Ħadd li ġej se terġa’ tiftaħ mill-ġdid Triq Tas-Sejba fl-Imqabba.
Dan tħabbar mill-Kap Ezekuttiv ta’ Infrastructure Malta Ivan Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha kien qed jagħti dettalji dwar il-proġett tal-Luqa Junction.
Triq tas-Sejba, li minnha wieħed jidħol u joħroġ mill-Imqabba, hija rotta importanti għal diversi residenti u industriji, li jinsabu f’dawk l-akwati.
Infrastructure Malta wettqed xogħlijiet biex tinbena mill-ġdid din it-triq, li tul is-snin, spiċċat sofriet ħsarat estensivi. It-triq innifisha, fil-fatt, kienet f’riskju li tiġġarraf.
L-aġenzija bniet struttura indipendenti għal din it-triq b’pedamenti msaħħa.
Xogħlijiet oħra ta’ dan il-proġett jinkludu konnessjonijiet tad-drenaġġ, tat-telekomunikazzjoni, u tal-elettriku mill-ġdid, qabel it-tqegħid ta’ wiċċ ġdid tal-asfalt.