Għaddejjin l-aħħar preparamenti biex, nhar il-Ħadd li ġej, fl-għaxra u nofs ta’ filgħodu, il-Partit Laburista jkompli jkun qrib il-poplu.
L-attività se ssir fiċ-Ċentru Laburista ta’ Ħad Dingli, u se jindirizżaha l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela.
Din se tkun l-ewwel attività li fiha se jitkellem il-Prim Ministru wara li se jkun ħa sehem, flimkien ma’ mexxejja Ewropej oħrajn, fis-Summit tal-Komunità Politika Ewropea fil-Moldova.
Dwar l-attività tal-Ħadd tkellimna mal-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Randolph Debattista, li ddeskrivieha bħala okkażjoni fejn wieħed jista’ jifhem aktar ix-xogħol li qed isir għall-ġid ta’ pajjiżna.
Din l-attività politika se tkompli turi biċ-ċar l-impenn ta’ dan il-Gvern biex ikompli jwettaq l-manifest tiegħu ‘Malta Flimkien’.
“Il-Prim Ministru mistenni jkompli jitkellem dwar ix-xogħol li qed jagħmel il-Gvern f’pajjiżna, imma wkoll – iktar importanti, ngħid jien – fuq ix-xogħol illi għad irridu nagħmlu biex inkomplu nwettqu l-manifest elettorali ‘Malta Flimkien’.”