Għaddejjin l-aħħar preparamenti biex nhar il-Ħadd li ġej, fl-għaxra u nofs ta’ filgħodu, tiġi organizzata attività politika li se jindirizzaha l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela.
L-attività se ssir fiċ-Ċentru Laburista fl-Imġarr.
Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, Daniel Micallef, ħeġġeġ lill-pubbliku biex jattendi għal din l-attività politika, li se ssir fi tmiem kampanja ta’ ġimgħa bit-tema Renew, li matulha bosta kienu dawk li ġeddew it-tessera tagħhom jew issieħbu mal-Partit bħala membri ġodda.
“Il-Ħadd li ġej, bħala partit, se mmorru l-Imġarr, fejn għal darb’oħra hemmhekk il-Prim Ministru jindirizza lil dawk preżenti, u dawk li qed isegwuna ukoll minn ġo djarhom, proprju biex, kif qed jagħmel kull ġimgħa, anke jaġġorna lill-pajjiż bil-ħidma politika li għaddejja fuq livell ta’ gvern bħala Prim Ministru tal-pajjiż flimkien mal-Gvern, mal-ministri u s-segretarji parlamentari u mal-grupp parlamentari, tkompli l-mixja fil-ħidma sabiex ikun implimentat il-manifest elettorali u l-Baġit li tħabbar f’Ottubru li għadda.”
Intant, Daniel Micallef fakkar fl-open day li se ssir is-Sibt fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista mid-disgħa ta’ filghħodu sas-siegħa ta’ waranofsinhar. Se jkun hemm esebizzjoni unika marbuta mal-istorja tal-Partit laburista, kif ukoll l-opportunità li wieħed jiltaqa’ mal-Priministru, deputat Priministru u diversi membri oħra tal-ammisitrazzjoni.
“Propjru għada għandna attività interessanti ħafna fejn dawk kollha li qed isegwuna nistedinhom sabiex jingħaqdu magħna fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Proprju minn filgħodu se jkun hawn il-Prim Ministru, se jkun hawn id-deputat Prim Ministru Chris Fearne, il-kumplament tal-amministrazzjoni, kif ukoll diversi membri parlamentari. Hawn ukoll wirja sabiħa fuq l-istorja tal-Partit, imma hija forma ta’ open day hawnhekk, fiċ-Ċentru Nazzjonali, sabiex il-pubbliku jżur ukoll il-proprjetà, il-post, il-qalb minn fejn il-Partit jaħdem u jkunu jistgħu anke jaraw propr ju minn fejn jaħdem il-Prim Ministru, fejn jaħdmu membri oħra tal-amministrazzjoni, fejn isir ix-xogħol politiku tagħna bħala Partit Laburista.”
Il-Perit Micallef ħeġġeġ lill-membri tal-Partit Laburista sabiex iġeddu t-tessera tagħhom u rringrazzja lil kull min għażel li jingħqad bħala membru ġdid.