Il-Ħadd li ġej, filgħodu, fl-eqqel tal-kampanja elettorali ‘Is-Saħħa lill-Maltin’, se jkun qed isir mass rally ieħor din id-darba f’Ta’ Farsina, Ħal Qormi, indirizzat mill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela.
Din l-attività tal-massa qegħda ssir bil-għan li l-Partit Laburista jkompli jiltaqa’ man-nies, waqt li jkompli jispjega dwar il-manifesti elettorali tiegħu għal kull lokalità u għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
Mal-mikrofonu ta’ ONE News, id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, il-Perit Daniel Micallef, spjega aktar dwar din l-attività fi tmiem il-ġimgħa u r-raġunijiet għalxiex iċ-ċittadini għandhom ikomplu jsostnu lill-Partit Laburista.
“Proprju l-Ħadd li ġej, li se jkun inqas minn ġimagħtejn milli l-poplu jmur jesprimi il-verdett tiegħu fit-8 ta’ Ġunju, se jkollna mass rally ieħor kif kellna anke fil-Ħdud li għaddew. Qed naraw anke l-attendenzi jiżdiedu u nirringrazzjaw lil dawk li jikkonkorru u jiżdiedu minn Ħadd għall-ieħor. Il-Ħadd li għadda konna ż-Żurrieq, il-Ħadd li ġej se nkunu f’Ta’ Farsina, Ħal Qormi. Nappellaw lil dawk kollha li jixtiequ jingħaqdu magħna biex ikunu hemmhekk fl-10:30 ħalli nisimgħu wkoll l-indirizz tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela u nkomplu fil-vjaġġ ta’ din il-kampanja ‘Is-saħħa lill-Maltin’.”
Daniel Micallef