Nhar il-Ħadd, 8 ta’ Settembru, se tiġi organizzata maratona ta’ ġbir ta’ fondi b’risq il-Fondazzjoni Nazareth fuq l-istazzjonijiet televiżivi kollha, inkluż ONE.
Dun Anġ Seychell, il-fundatur tal-Fondazzjoni Nazareth, ftit jiem biss qabel miet, kien laħaq għamel appell b’saħħtu lill-pubbliku biex ikun ġeneruż mal-ħidma li twettaq l-organizzazzjoni b’risq persuni b’diżabilità.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dun Anġ, li hu stess kien offra daru biex jibda jospita tali persuni vulnerabbli, tenna li l-Fondazzjoni għandha bżonn l-għajnuna finanzjarja biex tibqa’ għaddejja b’ħidmietha.
Għal aktar tagħrif dwar il-maratona, li se tixxandar matul il-ġurnata, u l-ħidma tal-Fondazzjoni Nazareth, wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ Facebook tagħha.