Il-Ħadd li ġej f’Ta’ Sannat Għawdex se tiġi organizzata t-tielet edizzjoni tal-Wine Festival Est! Est!! Est!!!.
F’dan il-festival wieħed se jkun jista’ jduq inbid li ġej mill-villaġġ ta’ Montefiascone fil-provinċja ta’ Viterbo, villaġġ li l-lokalità Għawdxija għandha ħbiberija miegħu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-attività se tibda fit-tmienja ta’ filgħaxija fi Pjazza Cocco Palmieri u d-dħul huwa b’xejn.
Se tittella’ wkoll kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-inbejjed lokali.
Wieħed se jkun jista’ jixtri u jduq ikel lokali, fosthom il-ftira.
Il-mużika u kant minn kantanti lokali ma tonqosx.