L-Għaqda tal-Festi Esterni Ssma. Trinita’ tal-Marsa b’niket ħabbret il-mewt tal-President ta’ l-Għaqda, is-Sur Saviour Micallef. Is-Sur Micallef kien protagonist ewlieni fil-komunità Marsija fejn kien ilu jservi bħala President ta’ l-Għaqda mill-2009.
Huwa kien ukoll jifforma parti mit-team tal-Marsa Football Club, fejn lagħab magħhom bħala goalkeeper għal diversi staġuni.
L-aħħar tislima lis-Sur Micallef ser isir nhar il-Ħadd 27 ta’ Jannar 2019 fejn fis-13:00 jibda Korteo mill-bidu ta’ Triq Balbi li jitwassal sal-Knisja Parrokkjali fejn fis-14:00 issir Quddiesa presente cadavere.
Dawk l-għaqdiet li jixtiequ jakkumpanjaw il korteo bl-istandard tal-għaqda nitolbuhom biex jagħmlu kuntatt magħna permezz tal-paġna ta’ Facebook Għaqda Festi Esterni Ssma Trinità Marsa.