Il-Ħadd fl-10:30 ta’ filgħodu, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela se jkun qed iwieġeb il-mistoqsijiet tan-nies f’Ħal Balzan.
Wieħed huwa mitlub li jsegwi din l-attività fuq l-istazzjonijiet ONE jew fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Partit Laburista, hekk kif intlaħaq il-massimu ta’ nies li jista jkun hemm skont il-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa.
Dawk in-nies li rreġistraw u se jattendu jridu jilbsu maskra jew visor.
L-attività se ssir id f’id mal-miżuri fis-seħħ tal-awtoritajiet tas-saħħa.
Ritratti: Gareth Degiorgio