L-Aġenzija għas-Servizzi Korretivi ċaħdet b’mod kategoriku li l-priġunier Brian Vella qed jinżamm f’iżolament u mhux jitħalla jitkellem ma’ persuni barra l-ħabs.
Vella fetaħ proċeduri fil-Qorti li fihom allega li fil-faċilità korretiva ta’ Kordin qed isseħħ it-tortura fil-ħabs u kif hu u xi priġunieri oħra qed jiġu trattati ħażin.
Fi stqarrija, l-Aġenzija ċaħdet dak allegat u saħqet li jeżistu recordings li jixhdu mod ieħor.
L-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi qalet li se tkun qed twieġeb għall-allegazzjonijiet fid-dettall fil-proċeduri fil-Qrati.
Brian Vella qed jiskonta sentenza ta’ għomor il-ħabs wara li nstab ħati li fl-10 ta’ Frar 2000 faga lil żewġ anzjani meta daħal biex jisraqhom.