L-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi ċaħdet bl-aktar mod kategoriku l-allegazzjonijiet tal-qattiel ta’ żewġ anzjani, Brian Vella.
Vella fetaħ proċeduri legali fejn qed jallega li qed isseħħ it-tortura fil-ħabs u kif hu u xi priġunieri oħra qed jiġu trattati ħażin.
Għal dan kollu, l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi mhux biss ċaħdet iżda qalet li se tkun qed tressaq il-provi fil-Qorti biex turi mod ieħor.
Vella qed jiskonta sentenza ta’ għomor il-ħabs wara li nstab ħati li fl-10 ta’ Frar 2000 faga liż-żewġ anzjani meta daħal biex jisraqhom.