Illum il-gżejjer Maltin qed jesperjenzaw riħ qawwi.
Saħanistra, anke kif prevvist b’avviż mill-Uffiċċju Meteoroloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, f’xi waqtiet ser jilħaq il-qawwa ta’ riefnu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Għal dan it-temp, is-servizz tal-Fast Ferries bejn Malta u Għawdex twaqqaf, filwaqt li l-vjaġġi bil-katamaran bejn Malta u Sqallija għal-lum ġew ukoll imħassra.
Sa issa l-vapuri tal-Gozo Channel baqgħu għaddejjin bl-iskeda noramli tagħhom.