Il-General Workers’ Union tixtieq tirringrazzja u turi l-apprezzament tagħha għall-ħidma bla waqfien imwettqa minn diversi gruppi ta’ ħaddiema fil-ġurnata tal-maltempata u fil-jiem ta’ wara.
Ħidma li kellha l-għan li mhux biss it-toroq u diversi żoni fil-pajjiż jitnaddfu mid-debris, u b’hekk jitneħħa l-periklu għas-sewwieqa u ċ-ċittadini, iżda wkoll li tingħata assistenza meħtieġa lil dawk il-persuni li kellhom bżonn l-għajnuna.
Il-GWU tfaħħar id-dedikazzjoni murija minn dawn il-ħaddiema f’mumenti perikolużi, delikati u sensittivi.
Il-GWU tfakkar u tirringrazzja ukoll lil dawk l-eluf ta’ ħaddiema li matul is-sena kollha wettqu l-ħidma tagħhom esposti għall-elementi tan-natura biex il-poplu kollu jkun moqdi bl-aħjar mod possibli.