Waqt il-laqgħa tal-MCESD, il-General Workers’ Union ipproponiet li parti mill-kumpens awtomatiku għall-għoli tal-ħajja – magħrufa bħala l-COLA – tingħata minn qabel biex tkopri ż-żieda fil-prezzijiet kaġun tas-sitwazzjoni internazzjonali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union, Josef Bugeja, innota kif iż-żieda tal-inflazzjoni mhux ir-riżultat tal-politika tal-Gvern, imma qal li huwa ġust li jingħata dan il-kumpens sabiex jgħinu lill-familji jlaħħqu mal-għoli tal-ħajja.