Ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid bejn il-General Workers’ Union u l-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli.
Fi stqarrija miill-GWU qal li l-ftehim li jkompri l-perjodu bejn is-snin 2022 u l-2025, li jipprovi titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati kollha, kif uikoll struttura ġdida tal-gradi kollha u iktar opportunitajiet ta’ promozzjonijiet.
Dan il-ftehim joffri wkoll żidiet sostanzjali fis‑salarji kif ukoll titjib f’diversi kundizzjonijiet, jippremja l‑iżvilupp u t‑taħriġ filwaqt li jiżgura miżuri favur il‑familja b’aktar flessibilità fuq il‑post tax‑xogħol.