Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Josef Bugeja fisser dan il-Budget bħala wieħed soċjalment kuraġġuż.
Apparti l-miżuri tat-tnaqqis fit-taxxa semma wkoll l-għajnuna lill-ħaddiema biex ikollhom pensjoni tajba fil-futur, fosthom dawk li għandhom iktar minn xogħol wieħed part time.
Il-GWU qalet li kienet qed tisħaq fuq il-ħlas doppju għal kull ħaddiem fil-ħdud irrispettivament jaħdmux mal-kuntrattur jew fis-servizz pubbliku.
Hawnhekk Josef Bugeja laqa’ din il-miżura li tagħti iżjed ġustizzja soċjali.
Semma wkoll il-pjanijiet tal-Gvern biex isaħħaħ is-settur tax-xogħol fosthom billi għandu pjan ċar għat-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema.