Il-General Workers Union esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-qbil li ntlaħaq mal-gvern dwar il-parkeġġ l-isptar Mater Dei għall-ħaddiema tal-kuntrattur preċident.
Aktar minn sitt mitt ħaddiem li fil-kuntratt preċedenti tal-parkeġġ kienu jgawdu minn parkeġġ b’xejn, l-gvern se jħallas għall-ispejjez tal-parkeġġ tagħhom. Jew se jagħti inċentiv ta’ tmintax-il ewro fix-xahar għal dak li ma jmorrux ix-xogħol bil-karozza.
Il-General Workers Union esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għal qbil li intlaħaq mal-gvern dwar il-parkeġġ fl-Isptar Mater Dei għall-ħaddiema tal-kuntrattur preċident.
Aktar minn sitt mitt ħaddiem li fil-kuntratt preċedenti tal-parkeġġ kienu jgawdu minn parkeġġ b’xejn, il-gvern se jħallas għall-ispejjez tal-parkeġġ tagħhom.
Filwaqt li l-gvern se jagħti inċentiv ta’ tmintax-il ewro fix-xahar għal dak li ma jmorrux ix-xogħol bil-karozza privata tagħhom. L-inċentiv se jingħata wkoll lill-ħaddiema kollha tal-kuntratturi li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u li oriġinarjament ma kienux parti mill-kwistjoni dwar il-parkeġġ fl-isptar.
Il-general workers union irringrazzjat lil Prim Ministru u lid-deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa Chris Fearne li semgħu u taw widen għall-ilmenti ta’ dawn il-ħaddiema.
Is-segretarju tat-taqsima uffiċjali tas-sigurta Theo Vella wera s-sodisfazzjoni tiegħu li l-istess Gvern se jassumi l-ispiża għall-provvista ta’ parkeġġ b’xejn għall-ħaddiema tal-kuntrattur preċedenti li kien jopera l-parkeġġ.
Theo Vella kompla jzied li d-diskuzzjonijiet bejn il-general workers union u l-gvern kellhom sehem importanti sabiex intlaħaq qbil.
Qbil li huwa fl-ispirtu tat-talba oriġinali mressqa mill-general workers union, biex il-ħaddiema ma jbatux riperkussjonijiet finanzjarji bla bżonn.