Fi żjara ta’ korteżija fil-Workers’ Memorial Building, il-President Myriam Spiteri Debono enfasizzat li l-GWU għandha storja li hi parti essenzjali mill-ħajja soċjali u ekonomika ta’ pajjiżna, waqt li rrikonoxxiet li, minkejja li ilha taħdem 82 sena, għadha tagħmel differenza fil-politika u soċjetà tal-lum.
Il-President fakkret li l-GWU kienet determinanti fl-organizzazzjoni tal-ħaddiema fi żminijiet meta l-kundizzjonijiet tax-xogħol ma kinux għadhom rikonoxxuti. Semmiet ukoll li wieħed ma jridx jinsa minn fejn bdejna u fejn irridu naslu, bil-ħaddiem u min iħaddmu jridu jaħdmu flimkien biex jaċċertaw għajxien aħjar.
Fakkret kif il-GWU dejjem ġiet bħala punt ta’ referenza għall-ħaddiema, speċjalment fi żmien meta l-edukazzjoni terzjarja ma kinitx aċċessibbli u li kienet ukoll skola tat-tmexxija.
Il-President sostniet li l-GWU għamlet tajjeb għad-demokrazija fis-soċjetà u x-xogħol, u li llum il-militanza tas-soluzzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol saru ftehimiet kollettivi. Hi appellat biex inkomplu nedukaw lin-nies fil-mod kif inbidlet is-sitwazzjoni u faħħret il-politika proposta mill-Gvern dwar il-preżenza tal-ħaddiema minn pajjiżi terzi.
Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja, rringrazzja lill-President u ddiskuta kif il-GWU qed taħdem kemm fuq il-postijiet tax-xogħol kif ukoll internament. Hu enfasizza t-tibdil fl-għarfien tal-ħaddiema u l-importanza tal-preparazzjoni kontinwa għall-isfidi li ġejjin. Tenna wkoll li l-GWU dejjem ipprovdiet paga ugwali għall-ħaddiema nis u rġiel tagħha.
Waqt iż-żjara, il-President indirizzat il-Kunsill Nazzjonali tal-GWU fejn ukoll ingħatat tifkira tal-okkażjoni.