Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona faħħar is-sehem tal-General Workers’ Union li hija union attiva u qed tieħu rwol ta’ kattalista li timmitova lill-Gvern kif jista’ jtejjeb dejjem aħjar il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema. Dan qalu f’laqgħa li kellu mas-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Josef Bugeja.
Cardona tkellem dwar il-ġlieda tal-gvern kontra l-prekarjat. Faħħar is-sehem tal-GWU fil-ġlieda tagħha kontra l-prekarjat.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja qal li Partit Laburista dejjem sema’ u jkompli jisma’ l-ideat tal-union.
Żied jgħid li s-sitwazzjoni ma’ gvern Nazzjonalista kienet differenti għax kienu jagħlqu l-bibien lil union. Id-Deputat Mexxej Chris Cardona u s-Segretarju Ġenerali tal-GWU qal li se jkompli jsaħħu relazzjoni bejn il-GWU u l-Partit Laburista.