“Il-bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija jibqa’ fundamentali.” Hekk stqarr is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja f’laqgħa f’kastilja, li fiha il-unjin preżentat il-proposti tagħha għall-budget tas-sena d-dieħla.
Bugeja stqarr kif quddiem l-isfida tal-Covid-19 wieħed japprezza l-investiment li kien hemm fis-settur tas-saħħa u r-reżiljenza tal-ekonomija Maltija.
Stqarr kif id-djalogu soċjali huwa wieħed mill-pilastri tal-pajjiż u bħalissa hemm djalogu tajjeb ħafna għddej. Stqarr li huwa importanti li jinsab bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija.
Spjega kif jeħtieġ li jkollna qafas leġiżlattiv tajjeb sabiex naraw li jkun hemm separazzjoni bejn il-ħin tax-xogħol u dak privat.
Innota wkoll kif sfidi tal-passat ma jistgħux jingħataw il-ġenb. Fost dawk li semma hemm il-bżonn li l-ħaddiema kollha jkunu msieħba ma’ unjin tal-għażla tagħhom. Huwa ppropona wkoll li jkun hemm tip ta’ fond ta’ kull post tax-xogħol għal jekk jinqala’ fenomenu fil-futur li huwa simili tal-pandemija. Innota kif inqalgħet il-pandemija min iħaddem kellu jdur fuq il-Gvern u beda jhedded li ser ikeċċi lill-ħaddiema.
Il-Prim Ministru Robert Abela stqarr kif il-punt tal-bilanċ huwa kruċjali. Qal li l-bilanċ bejn id-drittijiet tal-ħaddiema u l-obbligi ta’ min iħaddem irid jintlaħaq. Għal dan il-għan stqarr li l-iskema tal-wage supplement ser tiġġedded. Stqarr li dan l-istess serħan il-moħħ irid jingħata lil min iħaddem. Hawnhekk fuq il-kunċett tat-telework, stqarr li wieħed irid joqgħod attent li ma jinħolqux piżijiet addizzjonali fuq min iħaddem. Stqarr li l-prezz tal-menswalità fil-unjins għandha tibqa’ baxxa sabiex is-sħubija tkun aċċessibbli għall-ħaddiema kollha.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/10/09/it-tnaqqis-fit-taxxa-tal-boll-gab-l-aqwa-zmien-ghas-settur-tal-propjeta-mill-2017-l-mda-flaqgha-mal-pm/