Il-General Workers Union prezentat l-proposti għall-elezzjoni ġenerali.
Proposti li ġew ipprezentati mis-segretarju ġenerali Josef Bugeja li qal li l-proposti huma mmirati biex il-ħaddiema u l-pensjonanti ikomplu miexjin il quddiem .
Għall-ħaddiema, il-General Workers Union qed tagħmel għadd ta’ proposti fosthom li min għandu id-dħul tiegħu ġej minn xogħlijiet fuq bazi Part Time għandu jħallas bolla fuq kull impjieg biex jisalvagwardja l-pensjoni .
Qed tipproponi wkoll t-tnaqqis fit-taxxa ta’ għaxra fil-mija għal min jaħdem fuq bazi Part-Time għandha tapplika ukoll għall-over time.
Is-segretarju general workers union Josef Bugeja innota kif is-servizz ta’ childcare b’xejn inkoraġixxa aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol u ħalla aktar flus fil-bwiet tal-koppji . Għaldaqstant , l-Union qed tipproponi li s-servizz ta’ childcare b’xejn għandu jiġi estiz għall-erbgħa u għoxrin siegħa kuljum . Filwaqt li għandhom jiftħu aktar ċentri f’zoni industrijali.
Oqsma li l-Partit Laburista qiegħed jindirizza fil-proposti elettorali tiegħu.
Bugeja qal li l-Union hija favur li jiġi estiz il-leave tal-maternita u l-paternita .
Filwaqt li l-Union temmen li zieda fil-Co Parenting tista isaħħaħ r-relazzjoni bejn l-ġenituri u t-tfal.
Dwar il-pensjonijiet, il-Genral Workers Union reġgħet iddikjarat li hija kontra l-pensjoni tat-tieni pillastru filwaqt li qablet mal-linja tal-gvern li l-pensjonijiet jizdiedu u jisaħħu.
Bugeja qal li l-General Workers Union ħarġet b’dawn l-proposti fl-isfond tal-ekonomija b’saħħitha li għandna f’pajjizna.