Il-General Workers’ Union mil-lum tat bidu għall-azzjonijiet industrijali fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid. Dan għax temmen li l-awtoritajiet konċernati iddiskriminaw ma’ numru ta’ ħaddiema tar-reception li qed jingħataw trattament differenti minn kollegi tagħhom f’ċentri tas-saħħa oħra.
Il-GWU temmen li hemm min qed jingħata kundizzjonijiet ta’ impjieg aktar preferenzjali minn ħaddieħor li huwa fl-istess grad. Il-unjin qalet li jiddispjaċiha għall-kwalunkwe inkonvenjent li jista’ jiffaċċja l-pubbliku li jgaħmel użu miċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid. Qalet ukoll li dawn l-azzjonijet se jibqgħu fis-seħħ sa ma l-awtoritajiet jagħrfu u jikkoreġu dawn in-nuqqasijiet, u f’każ li dan ma jseħħx mhuwiexeskluż li l-azzjonijiet jiħraxu.