Liam Curry ta’ 19-il sena, u Chloe Rutherford ta’ 17-il sena huma żewġ żgħażagħ fost it-22 persuna li t-Tnejn filgħaxija tilfu ħajjithom wara l-isplużjoni f’Manchester Arena.
Koppja żagħżugħa li sfortunatament wieħed mill-isbaħ lejl ta’ ħajjithom kellu jkun l-aħħar wieħed.
Ftit wara li seħħet l-isplużjoni u l-aħbar spiċċat fuq il-mezzi tal-midja kollha, ir-ritratt ta’ Liam u Chloe kien fost l-ewwel li beda jiċċirkola fuq il-midja soċjali mill-membri tal-familja tagħhom u kif ukoll ħbieb biex isiru jafu dwar l-għibin tagħhom.
Iżda sfortunatament huma kienu fost it-22 persuna li tilfu ħajjithom ftit wara li seħħet l-isplużjoni kawża tal-ġrieħ gravi li huma ġarrbu.
Fuq il-paġna uffiċjali tal-Pulizija ta’ Manchester, poġġew il-messaġġ tal-familja ta’ dawn iż-żewġ żgħażagħ li jgħid:
“Fil-lejl li bintna Chloe u l-iben tagħna Liam tilfu ħajjithom, il-ġwienaħ tagħhom kienu lesti iżda qalbna ma kinux. Kienu perfetti għal xulxina fil-veru sens tal-kelma. Kienu sbieħ minn barra u kif ukoll minn ġewwa u kienu inseparabbli. Riedu jżuru postijiet differenti flimkien. Riedu jkunu flimkien għal dejjem u issa hekk se jkunu.”