Il-kumpanija Brittanika Shell ħabbret li għamlet profitt rekord is-sena li għaddiet. Dan seħħ wara ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija kawża tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna.
Il-profitt fl-2022 kien aktar minn doppju meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, fil-fatt, is-sena l-oħra Shell għamlet qligħ ta’ 40 biljun dollaru, u jfisser ukoll disa’ biljun aktar mir-rekord preċedenti tal-2008 li kien 31 biljun dollaru.
Apparti l-kumpanija Brittanika, anke dawk Amerikani ħabbru profitti kbar, għalhekk, dan jista’ jitfa’ aktar pressjoni fuq il-gvernijiet biex jgħollu t-taxxi għal kumpaniji f’dan is-settur.