Fil-Lvant tal-Ukrajna, il-gwerra mhux biss inbidlet iżda qed tersaq b’pass aktar mgħaġġel.
Dawk li jgħixu f’dik in-naħa tal-pajjiż sostnew li jafu x’inhu ġej għalihom u li hu għalhekk li qed jirrilokaw għal żoni aktar siguri fil-pajjiż.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Spjegaw kif għajjew jgħixu f’din l-inċertezza li ta’ kuljum qisha sħaba sewda miexja fuq rashom u ma jistgħux jaħarbu minnha.
Fi Frar, ir-Russja ħadet taħt it-tmexxija tagħha l-belt strateġika ta’ Avdiivka fejn minn hemm setgħu jinfiltraw aktar żoni fil-qrib mingħajr ebda xkiel.