Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Anthony Blinken mistenni jipparteċipa f’sensiela ta’ laqgħat ma’ uffiċjali għolja tal-Gvern Pollakk fi żjara li qed jagħmel.
Blinken wasal ilbieraħ fil-kapitali Warsaw, bit-tema fuq quddiem nett tal-aġenda mistennija tkun l-gwerra fl-Ukrajna li aktar minn sentejn u nofs li bdiet.
Apparti minn hekk, f’dawn il-laqgħat mistenni wkoll li tiġi diskussa s-sigurtà tal-Polonja li hi membru tan-Nato u għandha l-fruntiera tagħha jmissu mar-Russja u mal-Belarus.
F’dawn il-laqgħat Blinken se jitkellem mal-Prim Ministru Donald Tusk ul-Ministru tal-Affarijiet Barranin, u l-President Andrzej Duda.