L-Istati Uniti kompliet bl-attakki tagħha fuq sit tal-grupp militari tar-ribelli tal-Houthi fil-Yemen.
Dawn l-attakki bdew ilbieraħ f’operazzjoni konġunta bejn l-Amerika u r-Renju Unit sabiex idgħajfu l-qawwa tal-Houthi.
Dan il-grupp militari beda jattakka bastimenti fil-Baħar l-Aħmar minħabba dak li l-Iżraeljani qed jagħmlu f’Gaza u għall-fatt li l-komunità internazzjonali skonthom mhix tieħu azzjoni.
Il-Houthi ħalfu li qed jagħmlu minn kollox biex ipattuwa lill-Istati Uniti u Renju Unit għall-attakki li qed iwettqu fuqhom.
Intant, analisti internazzjonali qed jgħidu kif dan l-aħħar kunflitt qed juri biċ-ċar li l-gwerra bejn il-Lhud u l-Palestinjani qed tinfirex f’pajjiżi oħra fil-Lvant Nofsani.