Ritratt: EPA
L-Istati Uniti u l-Gwatemala ffirmaw ftehim dwar l-immigrazzjoni, ġranet wara li l-President tal-Istati Uniti Donald Trump hedded lill-pajjiż tal-Amerika Ċentrali b’ tariffi ġodda.
Fuq il-ftehim hemm miktub li immigranti mill-Ħonduras u min El Salvador, li jgħaddu mill-Gwatemala jkunu meħtieġa jieqfu u jfittxu l-ażil hemmhekk.
Immigranti li jonqsu milli jagħmlu hekk ikunu ineliġibbli għall-ażil fl-Istati Uniti.
Il-President tal-Amerika qal li permezz ta’ dan il-kuntratt ħaddiema tar-rziezet tal-Gwatemala jkollhom aċċess aktar faċli biex jaħdmu fi rziezet fl-Istati Uniti.
Il-gvern tal-Gwatemala jgħid li l-ftehim se jdum sentejn , u ser jigi rivedut kull tliet xhur.