Il-Gwardji Żvizzeri, li huma l-forzi tal-ordni li jgħassu l-Vatikan, dehru deħlin fi Pjazza San Pietru biex juru r-rispett tagħhom lejn il-Papa l-ġdid.
Filwaqt li qed nistennew għall-ħruġ uffiċjali tiegħu, għaddejjin l-aħħar preparamenti fuq il-parata biex kollox ikun lest għall-mument storiku li l-Papa jitfaċċa fil-gallarija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mistenni wkoll li jidħlu r-rappreżentanti tal-Forzi Armati Taljani, li tradizzjonalment jieħdu sehem fit-tislima uffiċjali lill-Mexxej tal-Knisja Kattolika.