Serje ta’ attakki kontra l-gwardjani tal-ħabs mill-priġunieri madwar Franza wasslu għal strajk nazzjonali. Dawn qed isiru hekk kif l-kwistjoni mal-gvern fuq titjib fis-sigurta’ u żieda fil-pagi, daħlet fit-tieni ġimgħa tagħha.
Il-ministru tal-ġustizzja Franċiż, Nicole Belloubet qalet li ser tiltaqa’ mal-mexxejja tal-unjins biex tipprova ttemm il-kriżi.
Dan l-istrajk wasal wara li numru ta’ gwardjani ndarbu waqt argumenti li seħħew.