Uffiċjali tal-Gvern Tork waqqfu festival ta’ films gay fil-lingwa Ġermaniża milli jsir fil-kapitali- Ankara, wara li qalu li jista’ jinċita l-mibgħeda jew ikun immirat minn attakki terroristiċi.
L-organizzaturi Pink Life QueerFest Four kienu ppjanaw li jaraw erba’ films fiċ-ċinemas bejn is-16 u s-17 ta’ Novembru.
Huma qalu li d-deċiżjoni tal-gvern Tork “iċċaħħadhom mid-drittijiet kostituzzjonali tagħhom”.
L-omosesswalità mhix illegali fit-Turkija iżda l-attivisti stqarrew li l-omofobija għadha mifruxa sew.
F’dikjarazzjoni, l-uffiċċju tal-gvernatur ta’ Ankara ddikjara li l-kontenut tal-festival “jista’ jħajjar sentimenti ta’ mibgħeda lejn partijiet mis-soċjetà”.
Sorsi ta’ intelliġenza fil-Gvern Tork issuġġerew li “l-organizzazzjonijiet terroristiċi qed ifittxu li jattakkaw gruppi jew individwi dissidenti” u li b’hekk “festival bħal dan seta jkun provokattiv u joħloq reazzjonijiet”.