Il-Gvern Taljan ħabbar lockdown nazzjonali għal żmien il-festi tal-Milied u l-ewwel tas-sena.
Permezz ta’ dan il-ħwienet mhux essenzjali, ir-ristoranti u l-bars se jkunu magħluqa, filwaqt li dawk li se jitħallew jivvjaġġaw huma biss għax-xogħol u għall-każijet ta’ emergenza. Dan ifisser ukoll li l-moviment bejn parti u oħra tal-Italja se jkun ristrett.
Fid-djar se jkunu permessi żewġ persuni biss li jistgħu jżuru lil ħbieb jew qraba.
Dan il-lockdown se jibda min nhar it-Tnejn li ġej sas-6 ta’ Jannar.