Il-Gvern Taljan ħabbar żieda tat-taxxa tas-sisa tad-diesel f’manuvra li ma kinitx mistennija u kompletament bil-maqlub ta’ dak li ddikjarat fil-passat il-Prim Ministru Taljana Giorgia Meloni bħala Kap tal-Oppożizzjoni.
Dak iż-żmien kienet saħansitra rreferiet għat-taxxa tas-sisa bħala atroċità u wegħdet li titneħħa fuq numru ta’ snin.
Iżda issa ż-żieda, li se tiġġenera aktar minn tliet biljun ewro neċessarji biex il-pajjiż ġar tagħna jkun jista’ jfassal il-baġit għas-sena d-dieħla, diġà bdiet tqanqal diskussjoni taħraq fil-pajjiż ġar tagħna.
L-Oppożizzjoni Taljana akkużat lil Meloni bi tradiment, dan hekk kif il-poplu Taljan diġà esperjenza l-agħar żidiet fil-prezzijiet tal-fjuwils fl-aħħar snin waqt il-kriżi tal-enerġija.