Il-Gvern ta’ koalizzjoni immexxi mill-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte jinsab dahru mal-ħajt hekk kif il-Partit Viva mmexxi mill-eks Prim Ministru Matteo Renzi u li kien parti mill-koalizzjoni rtira minnha.
Renzi qed joġġezzjona għall-pjanijiet ta’ Conte biex jonfoq aktar minn mitejn biljun ewro mill-fondi ta’ rkupru tal-Unjoni Ewropea għall-kriżi tal-COVID-19.
It-tluq tal-Partit immexxi minn Renzi ifisser li Conte m’għadux igawdi mill-maġġoranza fil-Parlament Taljan, għalhekk, hemm il-possibilità ta’ elezzjoni fl-Italja.