F’xandira diretta fuq Facebook, il-Prim Ministru tal-Italja, Giuseppe Conte, ordna lir-ristoranti, bars, uffiċini, ċentri tas-sbuħija, barbiera, ħwienet tal-ħwejjeġ biex jgħalqu l-bibien tagħhom kawża tal-Coronavirus. Dan bl-eċċezzjoni għall-ħwienet tal-merċa u l-ispiżeriji.
Huwa ħeġġeġ ukoll lill-fabbriki sabiex jgħalqu d-dipartimenti li jistgħu jgħaddu mingħajrhom għal dan il-perjodu biex b’hekk jiżguraw li qed iħarsu l-interess tal-impjegati tagħhom. Qal kif il-Gvern Taljan qed jipprova jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkontrolla t-tixrid ta’ dan il-virus, minkejja l-isfidi kollha li qed jaffaċċja.
Conte spjega kif bħala pajjiż li hu kbir fid-daqs, għandhom responsabbiltá akbar fejn kulħadd għandu jifhem l-importanza ta’ dawn il-proċeduri importanti u appella li ħadd m’għandu joħroġ jekk mhux għal bżonn.