Il-Ministru tal-Affarijiet barranin u kooperazzjoni Internazzjonali Taljan Enzo Moavero Milanesi ċempel lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti Carmelo Abela biex f’isem il-Gvern Taljan jitlob skuża għall-insulti li l-Ambaxxatriċi Maltija f’Ruma Vanessa Frazier irċeviet permezz ta’ sit privat fuq il-mezzi tal-midja soċjali.
Fl-istess ħin, l-Ambaxxatur Taljan f’Malta Mario Sammartino wera solidarjetà mal-kollega Maltija.
Dan intqal fi stqarrija li ħarġet mill-Ambaxxata Taljana f’Malta.