Il-Gvern fit-Tajlandja għadda digriet ta’ emerġenza biex jikkontrolla protesti paċifiċi li qed isiru f’Bangkok, li ma jippermettix ġemgħat kbar ta’ persuni fil-pubbliku.
Il-biċċa l-kbira ta’ dawn id-dimostrazzjonijiet kontra l-Gvern tal-post qed jitmexxew minn żgħażagħ.
Fl-aħħar sigħat il-Pulizija arrestat mal-20 persuna li kienu parti minn dawn il-protesti.