Il-Gvern tal-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson tilef vot fil-House of Commons hekk kif ried isejjaħ elezzjoni għat-12 ta’ Diċembru li ġej.
B’299 vot favur u 70 kontra, il-mozzjoni ta’ Johson m’għaddietx hekk kif kellha bżonn żewġ terzi tal-Parlament Ingliż.
Dan il-vot ittieħed wara li l-Unjoni Ewropea qablet li tagħti estensjoni għal Brexit sal-aħħar ta’ Jannar li ġej.