Skont il-media f’Hong Kong, il-Gvern huwa mistenni li jtawwal iż-żmien għal pjan kontroversjali li jippermetti estradizzjoni lejn iċ-Ċina.
Il-Kap Eżekuttiv, Carrie Lam, irrifjutat li tirtira l-abbozz, iżda, fl-aħħar jiem numru ta’ konsulenti ħeġġuha biex tissospendih.
Mijiet ta’ eluf ta’ nies ipprotestaw kontra dan l-abbozz fi tmiem il-ġimgħa li għadda, però aktar dimostrazzjonijiet huma ppjanati għal għada l-Ħadd.
Lam hija mistennija li tindirizza konferneza stampa aktar tard mal-jum.
Il-Gvern argumenta li l-abbozz ta’ liġi dwar l-estradazzjoni huwa maħdum biex inaqqas il-modi ta’ kif wieħed idur mal-liġi sabiex Hong kong ma jkunx kenn għall-kriminali. Iżda, l-kritiċi qed jgħidu li l-abbozz jesponi liċ-ċittadini ta’ Hong Kong għas-sistema ġudizzjarja difettuża Ċiniża kif ukoll tnaqqas mill-indipendenza ġudizjarja ta’ Hong Kong.