Il-Gvern Spanjol ta l-maħfra lil disa’ mexxejja tal-Katalunja li kienu ntbagħtu l-ħabs wara attentat għall-Indipendenza minn Spanja fl-2017.
Il-biċċa l-kbira tagħhom kienu nstabu ħatja ta’ dan fl-2019 u ġew ikkundannati bejn disa’ snin u tlettax-il sena ħabs.
Il-maħfriet li ġew ikkonfermati t-Tlieta qajmu kontroversja sħiħa fi Spanja, anke fid-dawl li għal ġimgħat sħaħ, eluf ipprotestaw kontriha.
Il-Gvern qal iżda li l-maħfriet approvati mill-Kabinett huma attentat għall-paċi u l-istabbiltà fil-pajjiż, wara li għadda mill-akbar kriżi politika fl-aħħar 40 sena.
Ritratt: AFP