Il-Gvern Malti jinsab sorpriż u jikkundanna “Parir Urġenti” li għamlet kumpanija tal-avukati Ingliża li qed tinsinwa li l-Istat kien involut fil-qtil brutali tal-blogger, Daphne Caruana Galizia. Il-Gvern jistqarr li dawn l-allegazzjonijet huma bbażati biss fuq informazzjoni provduta mill-klijenti tagħhom.
Dan ir-rapport ġie ppublikat minn oħt Caruana Galizia nnifisha.
Il-Gvern qed iqis dan il-“Parir” bħala allegazzjoni serja, irresponsabbli u bla bażi. Dawn l-allegazzjonijiet m’huma xejn ħlief attentat biex jimminaw l-kredibilità u l-awtorità tal-istituzzjonijiet nazzjonali u internazzjonali Maltin. Apparti dan, din qed tiqies, fuq kollox bħala offiża u nuqqas ta’ rispett lejn il-qrati Maltin.