Inkjesta internazzjonali kkonkludiet li t-tielet attakk b’gass tossiku twettaq mill-forzi tal-gvern Sirjan fir-reġjun Idlib f’Marzu tas-sena l-oħra.
Intqal li l-investigaturi sabu li ħelikopters li telqu minn diversi bażijiet militari tefgħu bombi li fihom kien hemm gass tal-klorin.
Rapport li kien ħareg f’Awwissu kien akkuża lill-istess gvern Sirjan b’żewġ attakki oħra bil-klorin.
Il-gvern Sirjan għadu ma kkummentax fuq dawn l-allegazzjonijiet.