Il-Gvern se jkun qed jalloka fond ta’ €120,000 bil-għan li fost oħrajn jgħin lill-Kunsilli Lokali joħolqu aktar dog parks u cat cafes. Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri fejn spjega kif f’dan il-baġit se titwettaq wegħda oħra. Dik tal-benefiċċju għal min jadotta annimal domestiku – liema wegħda l-Gvern se jkun qed jalloka €100,000.
Spjega kif dawk li se jkunu qed jadottaw kelb jew qattus minn organizzazzjoni mhux governattiva, se jkunu qed jingħataw għotja ta’ €150
Is-Segretarju Parlamentari qal li l-ħarsien tal-annimali hu ta’ prijorità għall-Gvern tant li reġa’ alloka €85,000 oħra fil-fond dwar il-ħarsien tal-annimali.