Fil-baġit għas-sena d-dieħla l-Gvern se jkompli jnaqqas l-għoli tal-prezzijiet tal-ġwież u d-dqiq. Il-Gvern se jalloka wkoll fondi għar-ristrutturar tas-settur tal-ħalib.
Il-Gvern se jkun qed iwaqqaf aġenzija, li se tkun responsabbli mill-art agrikola. Din l-aġenzija se tkun qed tirreġistra l-kirjiet agrikoli u tistabbilixxi miżuri għall-ħarsien tar-raba’.
Il-Gvern se jibda l-proċess biex bdiewa żgħażagħ ikunu jistgħu jibbenefikaw minn għajnuniet finanzjarji ħalli jixtru art agrikola. It-taxxa tas-suċċessjoni għal bdiewa professjonali fuq art agrikola li tinħadem se titneħħa.
Se jiġu introdotti tikketti ġodda li jidentifikaw prodotti lokali biex dawn ikomplu jinċentivaw l-użu ta’ prodotti lokali. Matul is-sena li jmiss se jkun hemm ukoll l-ewwel prodotti agrikoli bit-timbru tal-Products Designated of Origin.
Matul is-sena d-dieħla se terġa’ tiġi organizzata l-Agri Fair.