Għar-raba’ sena konsekuttiva, Gvern Laburista se jissussidja l-prezzijiet tal-enerġija, il-fuels u ċ-ċereali, dqiq u għalf tal-annimali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana, fid-diskors tal-Baġit 2025, bit-tema ‘Pajjiż ta’ Kwalità’.
Il-Ministru Caruana sostna li għalkemm il-Kummissjoni Ewropea qed tippressa biex dawn is-sussidji jinqatgħu, il-Gvern jemmen li l-poplu m’għandux għalfejn ibati d-daqqa ta’ dak li qed jiġri madwarna.