Sorsi viċin il-Gvern qalu lil ONE News, li l-Gvern se jkun qed jiġġieled il-pożizzjoni tiegħu wara li l-Kummissjoni Ewropea se tressaq lil Malta quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar il-ftuħ tal-istaġun tal-insib għal skop ta’ riċerka.
F’dan il-kuntest, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti, l-FKNK laqgħet b’sodisfazzjon ir-rieda politika tal-Prim Ministru Robert Abela u l-Gvern immexxi minnu biex jiddefendi l-pożizzjoni ta’ Malta rigward id-deroga applikata għall-ftuħ tal-istaġun tal-insib bi skop ta’ riċerka.
Skont l-FKNK, il-mossa tal-Kummissjoni Ewropea hija instigata mill-BirdLife Malta u l-grupp mill-Ġermanja l-CABS.
L-FKNK saħqet li Malta, bħal kull stat membru ieħor, għandha dritt tapplika deroga mid-Direttiva tal-għasafar.