“Il-gvern se jkompli jassisti n-negozji żgħar u medji biex jegħlbu l-isfidi li qed jaffaċċjaw.”
Dan kien il-messaġ ewlieni waqt konferenza mill-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji li indirizzat diversi temi li jolqtu n-negozji.
Il-President tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji, Paul Abela faħħar l-għajnuna tal-Gvern waqt il-pandemija filwaqt li sostna dwar ir-relazzjoni b’saħħitha tal-imsieħba soċjali mal-Gvern.
Qal kif, “Nixtieq ngħid li sibna Gvern li semana, amministrazjzoni li sematna, implimentat u għadu kemm jgħid il-Ministru dalgħodu li jixtieq jibqa’ jisma minn għandna. L-affarijiet qed jinbidlu u jridu jinbidlu, in-negozji żgħar u medji lesti li jinvestu.”
Waqt din il-konferenza, il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri ħeġġeġ lin-negozji żgħar u medji sabiex jadattaw għall-esiġenzi u realtajiet ġodda sabiex jibqgħu relevanti u joperaw fis-snin li ġejjin.
Spjega li, “Dak li kien jaħdem 20 sena ilu mhux bilfors jaħdem illum mela ejja ħalli nkomplu u l-Gvern qed anke jgħin, qed jassisti anki b’miżura partikolari sa nofs l-ispejjeż ta’ konsulenzi sa’ €5,000 sabiex in-negozji tagħna jaddattaw għall-affarijiet, għat-tekonoloġija, għall-metodi of doing business li hemm bżonn jadattaw għal illum.”
Intant waqt l-istess konferenza kien hemm preżentazzjoni taċ-ċertifikati mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi lill-parteċipanti li temmew b’suċċess taħriġ speċjalizzat, ko-finanzjat b’fondi Ewropej u li indirizza l-bżonnijiet tal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji.
Qal, “Taħriġ li huwa tant importanti, iżda huwa importanti għaċ-chamber of SME’s għaliex anke jsaħħaħ id-djalogu soċjali tant importanti għal pajjiżna.”